Raġel u mara kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li s-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-7pm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Ingliż ta’ 25 sena u mara mir-Repubblika Ċeka ta’ 27 sena, it-tnejn residenti l-Imsida, intlaqtu minn vettura talgħamla Toyota misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel u l-mara l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja
//= $special ?>