Fit-tnejn u għoxrin programm Sport Extra li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘l quddiem fuq Net Television fl-ewwel parti tal-programm l-aħħar mis-serje ta’ intervisti b’rabta mar-rebbieħa u protagonisti fit-63 edizzjoni ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Il-mistiedna fl-ewwel parti hija l-judoka Katryna Esposito rebbieħa għall-ewwel darba fil-karriera tal-Isportiva tas-Sena 2022.
Issa li ninsabu ftit il-bogħod mill-edizzjoni ta’ MALTA2023 tal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa, fit-tieni parti tal-programm intervista mas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti Kevin AzzopardiI fejn miegħu se jkun diskuss f’liema stadju tinsab l-organizazzjoni u l-logistika b’rabta mal-Logħob.
SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana u Keith Mizzi.
