L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħarġet tappoġja monument propost għal dawk kollha li fis-snin sittin ġew affettwati mill-interdett.
L-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna talab skuża għal dak li kien seħħ f’dak iż-żmien filwaqt li lura f’Mejju tal-2020 kien bagħat email f’isem il-Knisja jgħid li huma jappoġġjaw it-twaqqif ta’ dan il-monument.
L-Arċisqof kien ippropona li dan il-monument isir fi Ġnien tal-Mall, fil-Furjana iżda l-Gvern qatt ma bagħat tweġiba dwar x’se jkun qed isir. Fil-fatt, sal-lum, l-ebda monument biex jonora lil dawk affettwati mill-interdett għadu ma sar.
//= $special ?>