Futbol Sport

Luqa St. Andrew’s promossi għaċ-Challenge League

(Ritratt: Joseph Grima)

MĠARR U……..1

LUQA SA………2

Luqa St. Andrew’s sar it-tielet tim promoss għaċ- Challenge League wara li fis-Sirens Stadium għelbu lil Mġarr United 2-1.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls, fil-65 minuta Mġarr spiċċaw jilagħbu b’10 plejers meta tkeċċa għalihom Julian Camilleri wara li dabbar it-tieni karta safra u Luqa marru minn fuq fid-79 minuta permezz ta’ Sam Lorn Kind.

It-tim immexxi minn Edmond Lufi għamilhom tnejn fit-tielet minuta tal-ħin miżjud minn penalty skorjat minn Fabien Lufi.

Mġarr irnexxielhom jiskorjaw sitt minuti wara permezz tal-attakkant Niġerjan Saint Ebesindor Christian iżda dan il-gowl wasal tard wisq hekk kif ftit wara r-referee Anthony Paul Vella saffar tmiem il-konfront fost il-ferħ tad-diriġenti, plejers u supporters ta’ Luqa.

(Ritratt: Joseph Grima)
Plejers ta’ Luqa jiċċelebraw l-ewwel gowl skorjat minn Sam Lorn Kind (Ritratt: Andre Farrugia)
(Ritratt: Andre Farrugia)
(Ritratt: Andre Farrugia)