Sport Sport Ieħor

Tennis – Billie Jean King Cup: Rebħiet importanti għal Elaine Genovese u Francesca Curmi

Fl-aħħar ġurnata tal-Billie Jean King Cup, Malta kisbet żewġ rebħiet fuq l-Afrika t’Isfel permezz ta’ Elaine Genovese u Francesca Curmi.

Fl-ewwel partita Elaine Genovese rebħet 6-3 6-1 fejn wara r-rebħa tagħha kontra l-Iżrael hi kellha partita mill-aqwa kontra Marie-Louise Van Zyl.

Eżatt warajha kien imiss lil Francesca Curmi fejn minkejja li kinitx f’sikkitha fiżikament xorta waħda rnexxielha tegħleb lill-avversarja tagħha 6-2 6-3.

Fi tmiem il-partita, il-captain Steve Caruana esprima s-sodisfazzjoni tiegħu wara li t-tim Malti rnexxielu jżomm postu f’dan il-grupp diffiċli fejn faħħar ukoll lit-tennisti Maltin.