Futbol Sport

Senglea Athletic champions tan-National Amateur League

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

SENGLEA A…………2

MSIDA SJ…………….0

Sengela Athletic huma ċ-champions il-ġodda tan-National Amatuer League wara li l-Ħadd wara nofsinhar għelbu lir-rebbieħa ta’ Grupp B Msida 2-0.

Wara li Timothy Thomas falla penalty fit-23 minuta, it-tim immexxi minn Edgar Degabriele fetaħ l-iskor fid-39 minuta permezz ta’ Sebastian Perdomo biex l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur Senglea.

Minkejja l-isforzi tal-Misidjani, il-gowl tad-draw baqa’ ma wasalx u saħansitra kienu Senglea li skorjaw fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud permezz ta’ Aidan Azzopardi li ssiġilla r-rebħa u t-titlu ta’ champions tan-National Amatuer League lil Senglea Athletic.