Lokali Parlament

934 persuna jistennew operazzjoni tal-irkoppa, 492 tal-katarretti u 147 tal-hip replacement

Jirriżulta li bħalissa hemm 934 persuna jistennew operazzjoni tal-irkoppa, 492 tal-katarretti u 147 jistennew hip replacement aktar miż-żmien stipulat fil-Patient Charter.

Dan ikkonfermah id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fil-parlament meta wieġeb mistoqsija parlamentari atd-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-istennija għall-operazzjoni tal-irkoppa, kemm hemm nies jistennew din l-operazzjoni u kemm hu ż-żmien ta’ stennija. Id-Deputat Prim Ministru wieġeb li hemm 934 persuna li qed jistennew din l-operazzjoni għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.

Claudette Buttigieg staqsiet ukoll lill-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa kemm hi twila l-istennija għall-operazzjoni tal-hip replacement u tal-katarretti, kemm hemm nies jistennew dawn l-operazzjonijiet u kemm hu ż-żmien ta’ stennija.

Chris Fearne wieġeb li hemm 147 persuna li qed jistennew l-operazzjoni tal-hip replacement għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter u hemm ukoll 492 persuna jistennew operazzjoni tal-katarretti.