Anzjan ta’ 62 sena weġġa’ gravi wara li baqa’ dieħel f’ħajt bil-karozza.
L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu fi Triq it-Tiġrija, ix-Xagħra, Għawdex.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li anzjan ta’ 62 sena residenti in-Nadur, kien qiegħed isuq Toyota Yaris, tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura medika.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>