Rebħa sorprendenti ta’ 7-1 għal Fgura Kenky kontra Ħamrun Bayern A li kif juri r-riżultat iddominaw għal kollox dan il-konfront.
Min-naħa l-oħra t-tim l-ieħor Ħamruniż u rebbieħa tal-kampjonat 4-a-side Ħamrun Education, ikkonsolidaw l-ewwel post b’rebħa konvinċenti ta’ 6-2 fuq Manchester Conquest biex b’hekk baqgħu punt vantaġġ fuq it-tim fit-tieni post Floriana Ajax. Dawn tal-aħħar kisbu rebħa faċli ta’ 7-1 fuq Sliema Inter Darts.
Ħamrun Bayern B kisbu r-raba’ rebħa staġjonali wara skor ta’ 6-2 kontra t-tim tal-qiegħ Marsa Top Gun Bar.
Fit-tieni diviżjoni, il-leaders tal-klassifika Birżebbuġa Lions għelbu lill-isfidanti PO’s Bar 5-3 u bl-istess skor Tal-Ġilju Mqabba għelbu lil Żejtun Beland.
Sadanittant, Cox Bar u Fgura Maypole temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 4-4.
Fit-tielet diviżjoni, Domus Żejtun telgħu temporanjament fl-ewwel post tal-klassifika iżda b’logħba iktar minn Birgu Boċċi Club wara li għelbu lil Leah’s Bar 5-3. Anke Żebbuġ Rangers rebħu bl-istess skor lil Duke’s Bar B filwaqt li Duke’s Bar A iddominaw lil Mqabba FC 8-0.

