Futbol Sport

Draw fi Stadio Artemio Franchi

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Artemio Franchi Fiorentina u Atalanta spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Riżultat li ma ssodisfax lil ebda mit-timijiet fejn Atalanta baqgħu fis-sitt post b’49 punt filwaqt li Fiorentina fid-disa’ post bi 42 punt.

Fis-37 minuta Atalanta fil-vantaġġ wara li Joakim Maehle għeleb lil Pietro Terracciano u spiċċa ammonit wara li ċċelebra mal-gowl. Kibret il-pressjoni minn Fiorentina matul it-tieni taqsima meta fis-56 minuta Rafael Toloi deher li lagħab b’idu fil-kaxxa. Marco Guida kkonsulta l-VAR u saffar penalty b’Artur Cabral jgħeleb lil Marco Sportiello għal 1-1, riżultat li biħ intemmet il-partita.