Internazzjonali

F’Alabama: Erba’ vittmi fi sparatura waqt festin

DADEVILLE, AL - APRIL 16: Community members watch as crime scene investigators work the scene of a shooting on April 16, 2023 in Dadeville, Alabama. According to reports, at least four people were killed and others injured in a shooting during a birthday party at a dance studio on Saturday night. (Photo by Megan Varner/Getty Images)

Minn tal-inqas 4 persuni nqatlu kiesaħ u biered fi sparatura li seħħet waqt festin ta’ għeluq snin żagħżugħa illi għalqet sittax-il sena. Dan il-każ seħħ fl-istat Amerikan ta’ Alabama.

Mill-ewwel stħarriġ illi sar rriżulta li fost dawk li mietu waqt dan l-attakk, hemm Phil Dowdel .. iż-żagħżugħ li jiġi ħu ż-żagħżugħa li kienet qed tiċċelebra għeluq sninha. 

Fl-isparatura, madwar 30 persuna oħra ndarbu b’uħud minnhom serjament. It-tiri ġew sparati fi studjo li fih kien qed isir dan il-festin fil-belt ta’ Dadeville. 

Minn naħa tiegħu, il-President Amerikan Joe Biden appella għal liġijiet aktar ħorox dwar l-użu tal-armi wara li seħħ dan l-inċident.

Skont l-Arkivju tal-Vjolenza tal-Armi, f’din is-sena biss  seħħew madwar 160 sparatura tal-massa fl-Istati Uniti.