Il-logħba ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej bejn Floriana u Hibernians se tintlagħab fil-Gozo Stadium, f’konferma ta’ dak żvelat ilbieraħ filgħaxija, waqt il-programm Replay fuq NET Television.
Din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif il-Ġimgħa se jintlagħabu erba’ partiti tal-Kampjonat Premier fl-istess ħin, fis-18:00:
Gzira United Football Club – Zebbug Rangers fis-Centenary Stadium
Mosta FC – Santa Lucia fl-Istadium Nazzjonali
Balzan F.C. – Birkirkara fit-Tony Bezzina Stadium
Floriana – Hibernians fil-Gozo Stadium
Lejliet dawn il-logħob, Sirens jiltaqgħu kontra Pietá Hotspurs fis-18:00, waqt li Valletta jaffrontaw lil Marsaxlokk fis-Centneary Stadium.
Iċ-champions Ħamrun Spartans jiċċelebraw id-disa’ kampjonat nhar is-Sibt li ġej, fl-Istadium Nazzjonali wara l-konfront kontra Gudja United