Ħamrun Spartans huma matematikament champions tal-Kampjonat tal-Youths wara li t-Tnejn filgħaxija kisbu l-punt li kellhom bżonn fi draw ta’ 1-1 kontra Hibernians.
L-Ispartans issa għandhom 51 punt u jonqoshom logħba filwaqt li t-tim ta’ warajhom Mosta għandhom 44 u jonqoshom żewġ logħbiet.
Dan huwa t-tieni kampjonat konsekuttiv mirbuħ mill-Youths ta’ Ħamrun Spartans wara li l-istaġun li għadda għelbu l-istess sfida ta’ Mosta li ukoll kienu spiċċaw fit-tieni post.
