Sport Sport Ieħor

Hockey: Qormi Daikin champions tal-kampjonat nazzjonali

Qormi Daikin huma ċ-champions il-ġodda tal-hockey wara li f’parità emozzjonanti ħadu l-punt li kellhom bżonn kontra GREE Sliema Hotsticks f’konfront li ntemm fi draw ta’ 6-6.

Partità ta’ livell għoli bejn l-aqwa żewġ timijiet lokali tal-hockey bl-iskor jibqa’ inċert sal-aħħar.

L-ewwel quarter kien dominat minn Qormi li skorjaw żewġ gowls f’azzjonijiet veloċi iżda fit-tieni quarter, Sliema wettqu reazzjoni u skorjaw tliet gowls biex daħlu fil-partita.

Fit-tielet u r-raba’ quarter l-iskor baqa’ jalterna bejn tim u ieħor b’Qormi li fl-aħħar minuti kkontrollaw lil Sliema biex kisbu l-punt meħtieg għar-rebħ tal-kampjonat.

Julian Zahra u Kyle Micallef skorjaw darbtejn kull wieħed b’Axel Cauchi u John Williams skorjaw il-gowls l-oħra għal Qormi.

Għal Sliema Hotsticks tliet gowls ta’ Christ Agius, u gowl kull wieħed għal Christian Sammut, Keith Scicluna u Jonathan Borg.

Fi tmiem il-partita s-segretarju ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey David Agius ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Qormi Daikin Steve Tanti.