Lokali

FILMAT: Jinqabad ċirku ta’ traffikar ta’ droga fil-Mediterran; iħallu pakketti bil-kokaina fi xbieki f’wiċċ il-baħar

Il-Pulizija ta’ Sqallija irnexxiela tkisser ċirku ta’ kriminali li kienu qed jużaw il-baħar biex iwasslu d-droga lejn l-Italja. Dan billi jużaw strateġija li permezz tagħha d-droga titħalla f’pakketti kbar, li jinżammu bi xbieki jiflowtjaw f’wiċċ il-baħar.

Il-Guardia di Finanza Taljana qed tistma li din id-droga, fis-suq, kapaċi tlaħħaq il-valur ta’ €400 miljun.

L-awtoritajiet Sqallina qed jgħidu li b’kollox kien hemm maż-żewġ tunnellati ta’ kokaina. U max-xbieki kien hemm ukoll dwal iteptpu sabiex jindikaw iz-zona li fiha tħalliet id-droga.

Ix-xbieki instabu fuq in-naħa tal-Lvant ta’ Sqallija.