Internazzjonali

L-Ukrajna: Ir-Russi qed jaħsbu biex jiddeportaw it-tfal lejn il-Krimea…

L-awtoritajiet Russi fl-aħħar sigħat kienu qed iħejju għat-trasferiment  tal-mijiet tat-tfal Ukreni lejn il-Krimea. Dan bħala parti minn evakwazzjoni sfurzata li kellha tibda mill-belt ta’ Energorad, fejn hemm l-impjant nukleari ta’ Zaporizhzhia.

Din l-informazzjoni kienet żevalata mis-sorsi Ukreni li qed janalizzaw il-movimenti tar-Russi f’dik iz-zona partikulari tal-Ukrajna — u fejn is-suldati tal-Kremlin, fl-aħħar xhur, ġarrbu telfiet kbar fuq il-kampijiet tal-battalja. Tant sejra ħażin il-gwerra għar-Russi f’dik iz-zona li huma qegħdin jikkonvertu l-iskejjel u l-kumplessi sportivi tal-inħawi fi sptarijiet għas-suldati midruba.

Fl-aħħar sigħat, kienu anki għaddejjin il-laqgħat bejn ir-Rappreżentanti tal-G7 ( l-aktar seba’ pajjiżi industrijalizzati fid-dinja) fejn intlaħaq qbil ġenerali biex ikomplu s-sanzjonijiet kontra Moska b’kaġun tal-politika aggressiva kontinwa min-naħa tal-Kremlin. Dan waqt li hemm ukoll it- thassib serju dwar il-possibilta li r-Russi, ‘il quddiem, jibdew jircievu l-armamenti għall-gwerra mingħand ‘terzi pajjiżi’.