Lokali

Madwar 30 passiġġier jitħallew l-art mill-Air Malta

Madwar 30 passiġġier spiċċaw tħallew l-art hekk kif ma kienx hemm post għalihom fuq ajrupulan ‘Niceair’ li nkera mil-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta.

Fuq din it-titjira, li telqet minn Pariġi lbieraħ, ma kienx hemm post għal dawn il-passiġġieri… tant li għall-ewwel qalulhom li kien hemm siegħa delay fejn imbagħad ftit wara kienu mgħarrfa li ma setgħux jiġu lejn Malta peress li fuq l-ajruplan ma kienx hemm post.

Konsegwenza ta’ dan in-nuqqas mill-Air Malta, dawn il-persuni kellhom iqattgħu lejl f’lukanda… bl-ispejjeż jitħallsu mill-Air Malta… spejjeż li jaqbżu l-400 ewro kull passiġġier.

Dalgħodu, dawn il-passiġġeri li l-maġġor parti tagħhom huma Maltin, suppost għandhom jaqbdu titjira lejn Malta minn Charles de Gaulle.