F’Elland Road, Liverpool umiljaw lil Leeds United meta għelbuhom faċilment bl-iskor ta’ 6-1.
Kollox facli għal Liverpool mill-mument li fetħu l-iskor sabiex b’din ir-rebħa telgħu fit-tmien post b’47 punt.
Fil-35 minuta minn azzjoni ta’ Trent Alexander Arnold kien Cody Gakpo li għeleb lil Meslier biex fetaħ l-iskor.
Erba’ minuti wara Liverpool irduppjaw permezz ta’ Mohamed Salah minn azzjoni ta’ Diogo Jota. Matul it-tieni taqsima, minkejja li Leeds United naqqsu l-iskor permezz ta’ Luis Sinisterra li għeleb lil Alisson, fit-52 minuta l-iskor sar 3-1 b’gowl ta’ Diogo Jota minn pass ta’ Curtis Jones.
Fl-64 minuta minn azzjoni ta’ Cody Gakpo kien Salah li mill-ġdid għeleb lil Meslier għal 4-1 . Fit-73 minuta minn azzjoni ta’ Jordan Henderson kien Diogo Jota li kabbar l-iskor bl-aħħar gowl għal Liverpool skorjat fid-90 minuta permezz ta’ Darwin Nunez minn azzjoni ta’ Trent Alexander Arnold għal 6-1
//= $special ?>