Il-Ministru Miriam Dalli ma tridx tgħid liema huma s-setturi li fihom il-ħaddiema qed jitħallsu pagi baxxi u miżeri .. kif tenna l-eks mexxej Laburista Alfred Sant, waqt l-intervent tiegħu fil-Konferenża Ġenerali tal-Partit Laburista li saret il-Ħadd filgħodu … fejn kritika l-ekonomija tac-cheap labour adottata mill-Gvern.
Lanqas il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri ma ried jgħid liem huma dawn is-setturi li jinsabu milquta minn din il-problema li qed taffettwa ħafna familji kemm Maltin kif ukoll barranin.
Din is-sitwazzjoni qed tmur mill-ħażin għal agħar tant li il-ħaddiema Maltin u barranin jinsabu f’morsa doppja, fejn min-naħa l-pagi qed jibqgħu baxxi u min-naħa l-oħra l-prezzijiet tal-prodotti essenzjali qegħdin kull ma jmur dejjem jiżdiedu. Bil-Ministri tal-Labour jibqgħu jaħbu liema huma s-setturi milqutin minn din il-problema u wisq anqas x’qed jagħmlu sabiex din il-problema titaffa.
Intant meta staqsejna lill-Ministru Silvio Schembri min huma n-nies li qegħdin jitħanżru fil-Partit Laburista … specjalment wara li Alfred Sant innifsu tkellem dwar it-tentazzjoni ta’ tixħim u tħanżir fi ħdan il-Partit Laburista …. Silvio Schembri prova jdawwar id-diskors u saħansitra jgiddeb dak li qal l-MEP laburista.
Wara li fl-aħħar jiem, l-eks Segretarju Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar żvelat kif min hu tal-qalba fil-Labour qed “jitħanżer” … Net News għamel diversi tenattivi sabiex inkunu nafu għal min kienet qed tirreferi il-frażi “jitħanżer” u jekk il-PL investigax min qed jitħanżer. Iżda sal-lum il-ġurnata kemm il-Prim Minsitru kif ukoll il-Ministri tiegħu baqgħu ma qalux min qed jitħanżer u jekk ħadux azzjoni.
//= $special ?>