Avveniment interessanti għad-dilettanti tal-bodybuilding f’pajjiżna, hekk kif l-istilel Chris Cormier, Breon Ansley, u Rubiel Mosquera se jkunu qed iżuru Malta fil-jiem li ġejjin.
It-tliet stilel tal-bodybuilding se jaslu Malta llum grazzi għal ProteinMalta.com.
It-tliet bodybuilders se jkunu qed jirrappreżentaw lil YAVA Labs Sport Supplements.
Se jsiru sessjonijiet ta’ Meet and Greet f’gyms u ħwienet magħżula madwar il-gżejjer Maltin fejn id-dilettanti tal-bodybuilding se jkollhom l-opportunità li jiksbu ritratti u awtografi mit-tliet stilel.
Chris Cormier m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif ħafna jqiesuħ bħala leġġenda tal-bodybuilding, matul dik li ħafna jemmnu li kienet l-akbar era ta’ dan l-isport.
Beda l-karriera tiegħu fl-1987, u sar professjonali wara li rebaħ it-titlu Overall fil-Kampjonati tal-Istati Uniti fl-1993.
Cormier kellu karriera professjonali ta’ suċċess kbir, fejn ikkompeta 72 darba bejn l-1994 u l-2007 u matul iż-żmien tiegħu bħala professjonist, huwa rebaħ xejn inqas minn 11-il avveniment.
Wara li rtira, Cormier beda jħarreġ lill-bodybuilders professjonali kif ukoll jagħti l-opinjoni esperta tiegħu f’diversi programmi tat-televiżjoni u r-radju.
Breon Ansley huwa wieħed mill-aktar stitlel popolari tal-bodybuilding fil-mument.
Magħruf għall-fiżika klassika u estetika tiegħu, Ansley huwa wieħed mill-bodybuilders l-aktar popolari fid-dinja, b’aktar minn miljun segwaċi fuq il-paġna tiegħu ta’ Instagram.
Breon Ansley huwa darbtejn rebbieħ tal-Men’s Classic Physique Olympia (2017, 2018), u rebaħ ukoll l-Arnold Classic fl-2018. Huwa għandu ħames rebħiet professjonali.
Minkejja li l-karriera professjonali ta’ Ansley bdiet fl-2014, hu għadu attiv tant li qed jipprepara għall-istaġun 2023.
Breon Ansley ried sfida ġdida din is-sena u għalhekk iddeċieda li jitla’ fid-diviżjoni 212 tal-Irġiel.
Rubiel Mosquera, magħruf ukoll bħala “Neckzilla”, huwa ġdid fix-xena tal-bodybuilding.
Huwa jikkompeti f’kompetizzjonijiet madwar l-Ewropa u huwa magħruf għall-iżvilupp inkredibbli ta’ riġlejħ, u l-għonq oħxon tiegħu.
Segwiet minn ħafna f’kull kompetizzjoni u avveniment li jipparteċipah fih, Rubiel jirrapreżenta l-ġenerazzjoni l-ġdida tal-bodybuilders.

