Sport Sport Ieħor

Weightlifting – Kampjonati tal-Ewropa: Tenishia Thornton ittemm fir-raba’ post fi Grupp B

F’Demirchyan Sports Complex f’Yerevan, Armenja, it-tielet ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-Kampjonati tal-Ewropa tal-Weightlifting.

Fi Grupp B – Kategorija 59 kilo fl-azzjoni Tenishia Thornton għal Malta. Thornton kienet l-iżgħar atleta minn fost it-18-il weightlifter fiż-żewġ gruppi. Thornton temmet fir-raba’ post minn għaxar partecipanti fi Grupp B b’84 kilo fis-snatch u 101 kilo fil-clean and jerk għal total ta’ 185.

Fil-proċess falliet żewġ tentattivi ta’ 105 fit-tentattiv biex ittemm fit-tieni post. Fis-snatch ir-refgħa ta’ 84 kilo kienet it-tieni l-aħjar fil-grupp. Wara Thornton spiċċaw Hannah Crymbe tal-Irlanda, Patrice Jezikova tar-Repubblika Ċeka, u Amelie Lovinbd Arsten tad-Danimarka, Sofia Georgopoulou tal-Greċja, Arva Cintia Andrea tal-Ungerija u Eliska Marcharczikova tar-Repubblika Ċeka.

F’Yerevan flimkien ma’ Tenishia Thornton hemm ukoll il-President tal-Malta Weightlifting Federation Jesmond Caruana li huwa wkoll membru tal-Eżekuttiv tal-European Weightlifting Federation.