It-tieni edizzjoni tal-Enemed Women’s Futsal Tournament intrebaħ minn Aces wara li fil-finali għelbu lil Knights United.
F’dan it-tournament ħadu sehem disa’ timijiet li kienu Las Amazons, Aces, Gżira Hub, FSR, Eurotinas, Knights United, Lagethas, Floriana Hub u Great Whites.
Fit-tielet post spiċċaw Great Whites, b’Lagerthas itemmu fir-raba’ post.
Is-segretarju ġenerali tal-Futsal Malta Association Stefan Cutajar ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Aces.
Fil-jiem li ġejjin, l-FMA mistennija tħabbar it-tnedija ta’ kampjonat tal-futsal femminili li mistenni jibda fl-istaġun li ġej.