Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jwissi lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba kontaminazzjoni bil-mikrobu Listeria monocytogenes.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Piadine affumicate (ġobon artab, b’forma ċatta, affumikat) |
Dittà: | Antica Fattoria |
Dati tad-durabbilità u lottijiet: | Da Consumarsi entro il:03/05/23; lott 093 202308/05/23; lott 098 2023 |
Użin: | 1 kilo |
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
