Futbol Sport

Imut l-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti Sammy Nicholl

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-eks plejer Internazzjonali Malti u ta’ Sliema Wanderers fost oħrajn Sammy Nicholl, fl-età ta’ 88 sena.

Sammy Nicholl twieled fl-1934 fejn beda l-karriera fid-dell taz-zijiet tiegħu Joe Nicholl u Tony Nicholl. Beda mat-tim tal-Kulleġġ San Alwiġi fl-1946-47 u ftit wara fis-Sliema District League ma’ Sliema Shamrocks fit-tim ta’ taħt 16-il sena.

Wara staġun ma’ Żebbug Rangers fl-1951-52 ingħaqad ma’ Sliema Wanderers fejn fit-12 ta’ Dicembru 1952 iddebutta kontra Birkirkara fi draw ta’ 0-0. Fl-14 ta’ Ottubru 1962 lagħab il 125 partita fl-għola divizjoni .

Ma’ Sliema Wanderers lagħab 135 partita fejn rebaħ il-Kampjonat fl-1953-54, 1955-56, 1956-57 u 1957-58. Rebaħ ukoll darbtejn l-FA Trophy fl-1955-56 u 1962-63 flimkien ma’ tliet edizzjonijiet tal-Cassar Cup u sitt edizzjonijiet ta’ Scicluna Cup.

Kien l-aqwa skorer fil-Kampjonati bejn l-1955 u l-1958 fejn fl-1957 qasam l-unur ma’ Tony Cauchi u Pullu Demanuele.

Sammy Nicholl jibqa sinonimu mat-tim Nazzjonali Malti u d-debutt fl-24 ta’ Frar 1957 u l-partita Malta Awstrija fejn kien skorja t-tieni gowl għal Malta fit-telfa ta’ 3-2. Huwa lagħab ukoll kontra Danimarka kif ukoll total ta’ għaxar partiti bejn MFA XI u MFA Amateurs.

Bejn is-snin 80 u 90 bħala ġurnalist membru tal-Għaqda Kittieba Sports, kien ukoll kritiku tekniku f’għadd ta’ programmi fuq it-televiżjoni lokali.