“Ninsabu imdejqin bil-fatt li weġġgħet persuna oħra u jqajjem ħafna mistoqsijiet dwar kif jinżammu u jitrabbew dawn il-klieb. Klieb miżmuma u mrobbija minn dan l-individwu diġà ġew fil-midja aktar minn darba iżda taħt il-leġiżlazzjoni attwali huwa xorta permess li jżomm l-annimali taħt il-kura tiegħu.”
Dan intqal fi stqarrija li ħarġu diversi attivisti tal-annimali u NGO’s, it-Tlieta filgħodu.
M’hemmx dubju li ladarba l-klieb ikunu nqabdu, se jittraqdu u jerġgħu jħallsu l-prezz b’ħajjithom għat-trobbija ħażina li kellhom għax għal darb’oħra l-awtoritajiet naqsu milli jipproteġuhom. Ilna ħafna nitolbu biex il-liġijiet jinbidlu u jiġu infurzati.
L-attivisti tal-annimali u l-NGOs ilhom snin jittalbu għal leġiżlazzjoni biex tikkontrolla t-tgħammir u s-sitwazzjoni ta’ razez aktar b’saħħithom. Kieku l-Ministru agħmel u ħadem fuq leġiżlazzjoni meta ġara l-ewwel każ, l-inċident tal-lum ma kienx iseħħ. Hija ħasra li annimali differenti madwar Malta qed ikollhom ibatu minħabba amministrazzjoni ineffettiva. Ftit tal-ġimgħat ilu biss, l-NGOs tal-Annimali għamlu lista ta’ leġiżlazzjonijiet li għadhom mhumiex implimentati minn dan il-gvern.
Fl-2021, il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, Alison Bezzina, rrakkomandat uffiċjalment ukoll biex tirregola t-tgħammir u kif ukoll li t-tgħammir u l-importazzjoni ta’ razez ta’ klieb aktar b’saħħithom għandhom jiġu pprojbiti temporanjament. Ir-raġuni għal din ir-rakkomandazzjoni hija li tiġi protetta r-razza, li minħabba l-abbundanza attwali tagħha, tibqa’ tiġi abbużata u mifthema ħażin.
Ma nistgħux nifhmu xi jrid isir biex Anton Refalo u dan il-gvern iqumu mir-raqda li reqdin u jibdew jaħsbu dwar l-azzjoni tant meħtieġa.
Din l-istqarrija ġiet approvata minn:
Association for Abandoned Animals
Buddy’s Lost and Found Page
Fostering and Homing Paws
Innocent Paws
Kitty Guardians for Strays
Our Rescues Malta Foundation
Real Animal Rights Foundation
The Island Sanctuary
Voice for the voiceless
Vuci għall-Annimali