Tard illejla, l-infermieri u l-qwiebel se jkunu qed jivvutaw għal Ftehim Settrojali ġdid. Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet ġew irtirati l-azzjonijiet industrijali fl-isptarijiet.
Il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja għall-infermieri u l-qwiebel issejħet mill-MUMN sabiex il-membri stess jagħżlu jekk il-Ftehim Settorjali mgħoti mill-Gvern hux aċċettabli jew le.
Din il-laqgħa ssejħet nhar il-Erbgħa li għadda, bl-MUMN tagħmel minn kollox sabiex tinstab soluzzjoni – għalkemm il-Gvern baqa’ jsabbat saqajh.
L-MUMN spjegat li l-Prim Ministru ma riedx isib soluzzjoni għal din il-kwistjoni, u l-Gvern “għalaq il-bieb f’wiċċ l-infermiera u l-qwiebel”.
U issa, kollox jiddependi fuq il-vot tal-lejla fejn se jkunu l-membri stess li japprovaw jew le dan il-Ftehim Settorjali.
Net News huwa nfurmat li r-riżultat tal-votazzjoni se jkun magħruf kmieni għada filgħodu.
//= $special ?>