It-Teżorier tal-Partit fil-Gvern – is-Scottish National Party (SNP) – inżamm taħt arrest mill-pulizija li qed jinvestigaw il-finanzi ta’ dan il-partit.
L-arrest ta’ Colin Beattie – li fl-aħħar sigħat kien qed iwieġeb għad-domandi tal-pulizija – hu konness mal-investigazzjoni kontinwa dwar il-finanzjament u l-fondi tal-SNP…Investigazzjoni li nfetħet fis-sajf tal-2021 wara li l-Pulizija Skoċċiża rċeviet ilmenti dwar kif intużaw id-donazzjonijiet lill-partit fil-Gvern.
Ġimgħatejn ilu kien inżamm taħt arrest ukoll l-eks Kap Eżekuttiv tal-SNP, Peter Murrell, li hu miżżewweġ lil Nicola Sturgeon li rriżenjat ftit ġimgħat ilu mir-rwol tagħha bħala Kap Eżekuttiv tal-istess partit.
Il-proċess fil-konfront tal-SNP qed jikkonċentra fuq l-appelli għall-flus relatati mal-kampanja għall-indipendenza tal-Iskozja mir-Renju Unit li l-istess SNP mexxiet bejn l-2017 u 2020.
U waqt li l-SNP kien wiegħed biex jonfoq id-donazzjonijiet fuq ‘il-ġlieda għall-indipendenza’, analiżi partikulari kienet żvelat id-diskrepanzi bejn l-ammonti li nġabru u l-flus li ntefqu fuq il-kampanja.
//= $special ?>