Il-White House f’Washington ikkundanna bla riservi lill-President Soċjalista tal-Brażil, Luiz Inacio Lula da Silva, wara li hu akkuża lill-Istati Uniti b’li qed ‘tinkoraġġixxi’ il-gwerra fl-Ukrajna. Lula kien tenna, waqt żjara fiċ-Ċina jiem ilu, li l-Istati Uniti ‘imissha tibda titkellem dwar il-paċi fl-Ukrajna’ – bil-Gvern Brażiljan qed juri ‘livell ta’ simpatija’ għar-Russja f’dawn iċ-ċirkustanzi.
Il-President Brażiljan anki qed jippreżenta ruħu bħala ‘sponsor’ għal taħditiet ta’ paċi fil-kwistjoni tal-Ukrajna u meta hu sostna speċifikament li ‘l-Istati Uniti għandha żżomm lura milli tixpruna l-konflitt (fl-Ukrajna) waqt li timpenja ruħha aktar għall-paċi.’
Hu qal dan wara laqgħa li kellu mal-President Ċiniż Xi Jinping u wara li ċ-Ċina, fi Frar, ippubblikat dettalji ta’ pjan għall-paċi li fost oħrajn ma jsejjaħx b’mod espliċitu biex it-truppi Russi jitilqu mill-Ukrajna.
Hu minnu wkoll, sadanittant, il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, irringrazzja lil Lula għall-‘isforzi tiegħu’ waqt żjara fil-Brażil.
Min-naħa tiegħu, John Kirby, bħala l-kelliem għall-Kunsill Amerikan għas-Sigurtà Nazzjonali, akkuża lil Lula ‘b’li qed jirrepeti l-propaganda tar-Russja u taċ-Ċina bħal pappagall’.
//= $special ?>