Il-Pulizija fl-Italja mistennija dalwaqt tarresta lil xi nies biex jgħinu fl-investigazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi wara waħda mill-akbar sejbiet tad-droga li qatt seħħew fil-pajjiż.
Dan wara li l-Pulizija, fl-aħħar sigħat, sabet u rkuprat 70 pakkett tal-kokaina b’valur ta’ aktar minn 400 miljun ewro u li spiċċaw ‘mitluqin fil-baħar’ ‘il hinn minn Sqallija.
Intant, il-pulizija mhix tiżvela dettalji wara s-sejba tad-droga li kellhom magħhom anko tagħmir għall-moniteraġġ — magħruf bħala tracking device – għall-benefiċċju tat-traffikanti.
//= $special ?>