Lokali

Omm Jean Paul tibqa’ tinsisti għal inkjesta pubblika

Il-Prim Ministru qed jibqa’ jitfa tort fuq l-Inkjesta Maġisterjali. Kienet din l-unika risposta illi Robert Abela ta lil Isabelle Bonnici meta hi stess affacjatu barra l-Parlament – b’omm Jean Paul Sofia tibqa’ titlob li l-Gvern jahtar Inkjesta Pubblika illi hi xi ħaġa differenti mill-Inkjesta Maġisterjali.

It-Tnejn filgħaxija, omm Jean Paul Sofia marret quddiem il-Parlament fejn hi stess tkemmet direttament ma’ diversi membri parlamentari min naħa tal-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni, fejn Isabelle tathom ittra u ritratt ta’ binha, kif ukoll talbithom mill-ġdid biex issir inkjesta pubblika.

Isabelle Bonnici kellmet lill-Prim Ministru u staqsietu x’sar mill-2020 s’issa, meta hu stess qal li ser jidentifika n-nuqqasijiet fis-settur tal-kostruzzjoni. U qaltlu bla tlaqliq illi li kieku verament sar tibdil…. kieku t-tifel tagħha għadu ħaj. U huwa propju għal din ir-raġuni illi qed tinsisti li ssir inkjesta pubblika biex ma terġax isseħħ traġedja oħra bħal dik ta’ Kordin illi ħasdet il-ħajja tat-tifel tagħha.

Ma’ omm Jean Paul, il-Prim Ministru stqarr illi il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni għandhom ikunu uniti rigward dan il-każ – meta hu stess qed jagħżel it-triq tad-difiżjoni, anke fuq semplici dibattitu li kellu jsir fil-Parlament. Tant hu hekk, li l-Gvern ma laqax it-talba tal-Oppożizzjoni biex tiġi diskussa t-talba ta’ Isabelle Bonnici għal Inkjesta Pubblika.