Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Kont tlabt biex il-mikrofonu tiegħi jkun ħarira aktar jgħajjat” – Michael Frendo

"Niftakar id-dħul tal-vara ta' San Publju fil-knisja, għadni nisma' l-għajta ta' Oliver Friggieri jgħajjat "Magnus""

Fi PROFILI tal-lejla se jkollna lil Michael Frendo, eks Ministru u eks Speaker. Il-profil se jeħodna fuq bosta ġrajjiet, inkluż meta kien attakkat fl-Università ta’ Malta għal diskors li wassal, u l-bidu tiegħu fil-politika.

L-irwol tiegħu bħala Ministru għenu lil pajjiżna mhux ħażin inkluż anki fit-tragward biex Malta ssir parti mill-UE.

PROFILI illejla flimkien ma’ Michael Frendo, se jkun qed jibda fit-8.30pm u l-programm għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.

Tags