Tkompli tikber il-kritika lejn ir-rappurtaġġi tal-PBS hekk kif f’inqas minn ġimgħa, filli ppublikaw artiklu jgħidu li l-ilma tal-vit f’pajjiżna huwa l-aqwa fid-dinja, u filli jippublikaw artiklu ieħor jgħidu li l-ilma tal-vit għandu bżonn jiġi ppurifikat.
Kien hawnhekk fejn ħafna staqsew liema hi l-verità minn dawn hekk kif spiċċaw bejn ħaltejn għandhomx jippurifikaw l-ilma ta’ darhom jew le.
Kumment partikolari jgħid li l-poplu mhux “ġaħan” tant li jaf jgħaraf meta l-aħbar ma tkunx veritiera.
Dan kollu jwassal biex oħrajn jistaqsu jekk ic-cheque hux jingħata mill-Gvern għas-sempliċi raġuni biex inessi l-kriżi li għaddej minnu pajjiżna… minflok isib soluzzjoni għall-problemi li qed jaffaċja, li wara kollox ħoloq Gvern Laburista stess.
