Napoli 1-1 Milan (1-2)
Fi Stadio Diego Armando Maradona, Milan issiġilaw il-kwalifikazzjoni għas-semi finali meta kisbu draw missielet kontra Napoli ta’ 1-1 b’aggregate bejn iż-żewġ partiti ikun ta’ 2-1.
Il Rossoneri kważi marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalty mogħti minn Olivier Giroud minn foul kommess minn Marco Rui fuq Leao, madankollu l-goalkeeper ta’ Napoli Alex Meret salva tajjeb il-konklużjoni ċentrali tal-attakkant internazzjonali Franċiż.
Iċ-Champions Taljani fetħu l-iskor fit-42 minuta minn kontrattakk eċċezzjonali ta’ Leao meta b’azzjoni personali minn nofs il-grawnd daħal fil-kaxxa u bil-kalma kollha qassam lil Olivier Giroud sabiex jikkonkludi fix-xibka bla ebda diffikulta’.
Fit-82 minuta Napoli ġew viċin sabiex jiksbu gowl lura meta Kvicha Kvaratskhelia inkariga ruħu minn penalty li wasal minn handsball ta’ Tomori, pero għat-tieni darba fil-partita l-penalty ġie salvat, din id-darba mill-goalkeeper ta’ Milan Mike Maignan.
Ftit minuti qabel l-aħħar suffara Victor Osimhen sab ix-xibka għal gowl li kellhu jkun biss ta’ konsolazzjoni għat-tim li jinsab fil-quċċatta tal-klassifika Taljana.
Chelsea 0-2 Real Madrid (0-4)
F’Stamford Bridge, Chelsea ma rnexxielhom idawwru r-riżultat ta’ l-ewwel partita kontra Real Madrid hekk kif tilfu t-tieni konfront tagħhom bl-iskor ta’ 2-0 wara li tilfu l-ewwel partita tagħhom kontra Los Blancos fi Spanja bl-istess skor ta’ 2-0. L-iskor finali taż-żewġ partiti kien dak ta’ 4-0 għal Real Madrid.
L-ewwel taqsima bla gowls hekk kif Real Madrid irnexxielhom iżommu l-avversarji tagħhom u jiddefendu b’għaqal it-tentattivi tat-tim Ingliż.
Fit-58 minuta Real Madrid fetħu l-iskor permezz ta’ Rodrygo li rċieva minn suġġeriment ta’ Vinicius Junior u xeħet ġewwa b’konklużjoni preċiża.
Għaxar minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima Rodrygo kiseb id-doppjetta personali tiegħu u ssġiġila għal kollox ir-rebħa għat-tim spanjol minn pass tal-midfielder Valverde.
Riżultati u Logħob:
Illum: Napoli v Milan 1-1(1-2) , Chelsea v Real Madrid 0-2(0-4)
Għada: Bayern Munich v Manchester City 9:00pm, Inter v Benfica 9:00pm