L-amministrazzjoni Laburista waslet għal falliment ieħor – l-għeluq tal-linja nazzjonali ta’ pajjiżna, li spiċċat tkissret mill-Partit Laburista stess.
Wara li din il-ġimgħa kellna konferma li l-Air Malta se tagħlaq il-bibien tagħha sal-aħħar tas-sena … il-Membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela dehrilhom li quddiem din sitwazzjoni ma jikkumentawx; turija ċara ta’ kemm din it-tema qed toħloq skumdita għat-tmexxija ta’ Kastilja, b’ħafna Ministri tkellmu apertament dwar dan il-falliment ta’ Robert Abela anke waqt l-aħħar laqgħa tal-Kabinett.
U għalkemm xi Ministri provaw ideffsu fin-nofs il-PN, il-fatti ta’ kif ġraw l-affarijiet huma ċari.
Tant li sal-2012, il-linja nazzjonali tal-ajru kellha pjan ta’ irkupru maqbul mal-Kummissjoni Ewropea – kollox kien miexi sew, u saħansitra kellna lill-Ministru Konrad Mizzi jiftaħar li l-kumpanija għamlet profitt.
Iżda issa, wara 11-il sena, il-pjan ta’ Robert Abela u Clyde Caruana mal-Kummissjoni Ewropea falla kompletament …..u kaġun ta’ dan, l-Air Malta se jkollha tagħlaq il-bibien tagħha… bil-ħaddiema kollha tal-linja nazzjonali se jkunu qed jitkeċċew.
Hekk kif fl-aħħar ħin, ic-chairperson tal-Airmalta David Curmi ikkonferma li mistennija tinħoloq linja tal-ajru ġdida … xorta għad hemm ħafna dubji. U l-poplu Malti għadu fl-għama jekk il-kumpanija l-ġdida hux se tkun tal-istat jew privata, jekk hemmx garanzija li min se jispiċċa mkeċċi mill-Airmalta se jkun jistà jerġa’ japplika mal-linja l-ġdida …. u mhemmx lanqas garanziji li l-ftehmiet maqbula mal-ħaddiema hux se jibqgħu jgħoddu.
//= $special ?>