Il-Qorti tal-Appell Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera annullat sentenza ta’ sena ħabs mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati fil-konfront ta ’George Galea, ta’ 52 sena minn Raħal Ġdid fuq ksur ta’ pleġġ li kien ingħata b’rabta mal-qtil ta’ Mario Camilleri u ibnu fl-2013. Galea qed jistenna li jgħaddi ġuri dwar dan il-qtil doppju.
Irriżulta li x-xhieda tal-Pulizija ma kinitx waħda konsistenti fuq il-ħin li huwa nstab barra jsuq karozza f’Ħaż-Żebbuġ meta suppost kellu jkun id-dar, li l-prova dwar fuq min kienet liċenzjata l-vettura ma saritx u li l-liġi ġiet interpretata fis-sentenza kienet waħda żbaljata.
L-Ewwel Qorti kienet sabitu ħati li kiser kundizzjonijiet ta’ digrieti preċedenti ta’ bail li jmorru lura għall-2014 u li saq vettura bla pjanċi matul il-lejl bejn id-9 u l-10 ta’ Novembru 2022 u li sar reċediv. Fl-Appell l-Imħallef Scerri Herrera qalet li mix-xhieda tal-Pulizija rriżulta li l-Ispettur Lydon Zammit semma l-hin tas-2:30/2:45a.m. filwaqt li l-Kuntistabbli Frank Anthony Portelli u Philip Camilleri semmew il-hin tas-1:30am.
Sadanittant ir-rapport tal-Pulizija esebit mis-Surġent Christian Bonello semma l-hin 2:20a.m. ta’ meta Galea instab barra. Ingħad ukoll li meta kien ingħata l-pleġġ, Galea qal li kien sab impieg li jirrikjedi li jaħdem wara nofs il-lejl, u li dan kien ingħata l-aċċess li kif ilesti x-xogħol tiegħu, jibqa’ sejjer dritt id-dar għas-2.15pm. u għalhekk Galea ikkontenda fl-appell li ma kien kiser l-ebda kundizzjoni.
Il-Qorti tal-Appell qalet li l-vettura in kwistjoni ma ġietx esebita bħala prova,, meta din giet elevata u miżmuma mil-Pulizija. Qalet ukoll li huwa minnu li l-Pulizija xehedu li l-karozza kienet kienet misjuqa minn Galea u li kienet mingħajr il-pjanċi tar-reġistrazzjoni.
“Ix-xhieda tal-Pulizija ma kelliex għalfejn tiġi kontradetta bl-ebda mod u għaldaqstant għalkemm il-Qorti tal-Appell ma sabat l-ebda raguni għalfejn ma għandhiex temminhom, il-fatt jibqa’ li tali vettura ma ġietx esebita b’konsegwenza li tali akkuża ma setgħetx tigi milqugħa,” saħħqet il-Qorti.
Ħareġ ukoll li huwa nstab ħati fuq artikolu tal-liġi li ma ġewx citati fl-akkuża, anzi ġew citati akkużi li ma kellhomx x’jaqsamu mal-każ. Ghaldaqstant ghal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Appell qalet li qiegħda ex officio tannulla s-sentenza appellata moghtija u wara li rat l-artikolu 428(3) tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta’ Malta sejra tiddeciedi mill-gdid hi stess il-kaz fil-mertu bil-kawża titħalla għat-23 ta’ Mejju li ġej.
Galea kien interċettat mill-Pulizija wara li għall-ħabta tas-1:00a.m., kienet seħħet serqa minn ġewwa uffiċini li jinsabu Ħ’Attard. Fiha nsterqu ammont ta’ ġojjellerija, madwar €150,000, mill istabbiliment Diamonds & More f’Ħ’Attard. Il-Pulzija qalet li Galea, ma kellux x’jaqsam mas-serqa kien b’kumbinazzjoni nqabad għall-ħabta tas-2.15am fi Triq l-Imdina, f’Ħaż-Żebbuġ minn żewġ Kuntistabbli li kienu fuq ronda.
Il-karozza kienet ġibdet l-attenzjoni-Pulizija għax kienet qed tinstaq wara s-serqa fl-istess inħawi. il-Pulizija kienu qed jinvestigaw dak il-każ meta xi ħin wara, għall-ħabta ta’ xis-2:15a.m., il-Pulizija waqt li kienu fuq ronda nnotaw żewġ persuni li kienu qed jagħmlu użu minn vettura li ma kellhiex number plates la quddiem u lanqas wara.
B’hekk qam is-suspett, aktar u aktar għax wara nofs ta’ lejl meta kienet għadha kif seħħet serqa fl-istess inħawi, li l-persuni seta’ kellhom xi involviment f’din is-serqa. Għalhekk ġew imwaqqfa fejn ġew identifikati u li dawn kienu Keith Testa u George Galea.
Aktar tard l-akkużat kien infurmat li mhuwiex involut fis-serqa ta’ ġojjellerija għall-ħabta tas-2:30am. u li kien infurmat bħal sieħbu, li rigward is-serqa mhux se jibqgħu jinżammu, iżda se jibqgħu jinżammu rigward il-ksur tal-bail conditions. Apparti l-piena ta’ ħabs, l-Ewwel Qorti kienet skwalifikat lil Galea milli jkollu liċenzja tas-sewqan għal sena, u ordnat il-konfiska ta’ €10,000 mill-garanzija personali mħallsa mill-akkużat b’rabta mal-ħelsien mill-arrest li kien ingħata. L-Ispettur Stephen Gulia investiga l-każ flimkien ma’ l-Ispettur Lydon Zammit. Għal Galea deher l-Avukat George Anton Buttigieg.
//= $special ?>