Msida jiksbu l-ewwel rebħa wara li għelbu lil Buġibba
It-Tlieta ntlagħabet it-tieni ġurnata tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni bi 12-il tim involut f’6 logħbiet.
Għaxaq St. Peters, Żabbar, Żurrieq, Birgu u Żebbuġ kisbu t-tieni rebħa tagħhom.
Għaxaq St. Peters rebħu barra minn darhom 21-10 kontra Birkirkara.
Żurrieq dawru telfa f’rebħa fuq Lija wara li dawn tal-aħħar kellhom vantaġġ ta’ 16-3 iżda ż-Żrieraq dawru r-riżultat għal 21-17 wara tliet sigħat logħob.
St. Peters Boċċi Klabb Żabbar għelbu lil Qormi San Bastjan 21-15 f’partita mill-isbaħ u bilanċjata.
Logħba oħra missielta kienet dik bejn Marsamxett u Żebbuġ bil-logħba setgħet marret kull naħa iżda fl-aħħar kienu Żebbuġ li ħarġu rebbieħa 21-20.
Birgu għelbu lil Birżebbuġa 21-9 filwaqt li Msida kisbu l-ewwel rebħa tagħhom kontra Buġibba bl-iskor ta’ 21-2.
//= $special ?>