Sport Sport Ieħor

Futsal: Telfa għall-Maltin f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Awstrija

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal tilef il-konfront internazzjonali ta’ ħbiberija kontra l-Awstrija bl-iskor kbir ta’ 8-2.
L-Awstrija urew il-potenzjal tagħhom fejn jinsabu klassifikati fid-79 post tal-futsal mondjali filwaqt li Malta tinsab fil-126 post.

Fl-ewwel taqsima, l-Awstrija skorjaw erba’ darbiet permezz ta’ Sinan Bicer, Vahid Muhamerovic, Andrei Vukovic u Marco Meitz filwaqt li minn freekick, Maicon naqqas l-iskor għal Malta qabel ma’ Alec Flogel għamel l-iskor 5-1 fi tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, Malta ddefendiet aħjar minkejja li l-Awstrija għamlet l-iskor 6-1 permezz ta’ Flogel qabel ma’ Andre Cachia naqqas l-iskor għal Malta.

Ftit qabel tmiem il-partita, Mathias Binder u Andrej Vukovic komplew ikabbru l-iskor għal 8-2.