Negozjanti, martu u tliet impjegati misennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum wara li ġew arrestati b’rabta ma’ frodi ta’ €62 miljun. Fost in-negozjanti jidher li hemm ukoll involut kuntrattur minn Ħaż-Żebbuġ, li kienu arrestati l-bieraħ fejn ġew interrogati għal diversi sigħat, bl-interogazzjoni tagħhom tkompli l-Erbgħa filgħodu. Jidher ukoll li ġew mitkellma xi staff u persuni qrib dawn il-ħames persuni.
Huwa mifhum li r-reati huma marbuta ma’ evażjoni ta’ taxxa u VAT fejn tidħol proprjetà, ,agrikoltura u għejjun ieħor. Huma qed jiġu mitkellma mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji tal-Pulizija. Minn informazzjoni li għandu dan is-sit l-akkużati kienu se jitressqu l-Qorti fid-9am tal-Erbgħa filgħodu l-ħin ibidel għal 4pm, iżda peress li l-interogazzjoni kompliet tieħu fit-tul il-proċess ħa aktar fit-tul u x’aktarx li jitressqu fis-7pm.
//= $special ?>