Fix-xahar ta’ Marzu pajjiżna kompla jara żieda fl-għoli tal-ħajja hekk kif l-inflazzjoni kompliet tiżdied.
Skont statistika maħruġa mill-NSO, iż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel kompliet tħalli piż kbir fuq il-familji, hekk kif f’Marzu kien hemm żieda fl-indiċi tal-ikel u żieda wkoll fuq l-aktar prodotti essenzjali.
L-għoli tal-ħajja qed ikompli jħalli piż fuq il-ħaddiema, iz-zghazagh u l-anzjani … tant li f’temp ta’ sena l-inflazzjoni f’pajjiżna splodiet ‘l fuq b’mod qawwi immens. Fi 12-il xahar ir-rata tal-inflazzjoni zdiedet minn 4.5% għal 7.1%.
L-iktar fattur li wassal għal din iż-żieda kien il-prezz tal-ikel, prodotti ta’ iġene personali u anke spejjes marbuta mal-manutenzjoni tad-dar.
//= $special ?>