Kważi lanqas titwemmen. Stqarrija mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fuq ix-Xandir Nazzjonali illi ħalliet li kulħadd bla kliem.
Wara li ftit inqas minn xahrejn ilu d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia rebaħ il-kawża kontra Vitals u Steward u l-poplu ħa lura l-isptarijiet…issa Chris Fearne qed jipprova jieħu l-mertu ta’ dan kollu.
Din l-istqarrija tal-Ministru Fearne saret din il-ġimgħa, meta kien qed jieħu sehem fil-programm Xtra flimkien mad-deputat Stephen Spiteri.
Iżda l-verità hi, li l-kuntratt ġie annullat wara d-deċiżjoni ċara tal-Imħallef Francesco Depasquale…illi sejjaħ dan id-deal bħala frawdolenti, filwaqt li kellu kliem iebes għall-Gvern immexxi minn Robert Abela.
Wara dak li qal Fearne fuq il-PBS kien hemm baraxx ta’ kritika kontrih.
Bosta saqsew jekk il-Gvern tal-Labour jafx jistħi filwaqt li sostnew li l-Partit Laburista għandu narrattiva ta’ qerq. Uħud qalu li l-Partit Laburista m’għadx baqalu rispett lejn il-Laburist ġenwin, filwaqt li qalu li jinsabu mbellhin li l-Partit Laburista issa waqa’ għal dan il-livell.
//= $special ?>