Janice Chetcuti, PN
Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti appellat lill-gvern biex, anki wara l-każ li seħħ fl-aħaħr ġranet fejn żewġ pitbulls attakkat lil min kien irabbiehom, jittieħdu azzonijiet immedjati kontra t-trattament ħażin tal-annimali.
Fil-parlament Janice Chetcuti tkellmet dwar l-importanza ta’ trattament xieraq lill-annimali li jaħdmu fl-irziezet u enfażizzat l-importanza tal-ispazju fejn jitrabbew, dieta bilanċjata u ambjent li jagħmel sens għalihpm fl-fosthom irziezet fejn għandhom jgħixu ħajja libera. L-annimali għandhom ikunu stimulati fl-intelliġenza tagħhom u ma jkunu esġposti qatt għal-moħqrija jew għal ansjetà.
Hi semmiet il-każ taż-żewġ bitpulls li fl-aħaħr ġranet attakkaw lil min kien irabbihom u sostniet li l-klieb kollha għandhom jitrabbew f’familja biex ma jseħħux dawn it-tip ta’ inċidenti.
Dawn il-klieb inġabru mill-ewwel mill-Uffiċjali tal-Ħarsien tal-Annimali? L-arma li tikkontrolla lill-annimali intużat? staqsiet id-deputat Nazzjonalista. L-ambulanzi għandhom ikunu mgħammra b’dak kollu meħtieġ, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li staqsiet ukoll x’garanziji hemm f’każi ta’ kontroll ta’ annimali slavaġġ.
Janice Chetcuti staqsiet jekk il-klieb maqbuda kinux ittestjati u ivverifikati mill-veterinjarji jew mill-uffiċjali responsabbli mill-imġieba tal-annimali. Għandhom isiru wkoll il-verifikati jekk kinux esposti għal xi sustanzi għaliex dawn huma klieb intelliġenti u ħelwin iżda ċertu nies li jrabbuhom qed ituhom tabelli ħżiena. Jeħtieġ għalhekk isiru doping tests immedjati.
Hi staqsiet jekk hux se tinfetaħ inkjesta dwar x’wassal biex dawn il-klieb isiru daqshekk aggressivi. Għaddew 30 siegħa biex il-klieb li kienu fuq il-bejt tad-djar fejn seħħ il-każ ikunu mnaddfa u jingħataw l-attenzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li f’każi li klieb fuq il-bjut ikunu qed jikkaġunaw storbju, l-uffiċjali jivverifikaw biss jekk dawn il-klieb ikollhomx fejn jisktennu u jkollhomx ikel meta l-importanti hu li l-kieb ikunu miżmuma kif suppost fid-djar bħall-membri l-oħra tal-familja. Jeħtieġ bidliet fil-liġijiet biex din is-sitwazzjoni tinbidel.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern għandu jressaq b’mod immedjat liġijiet dwar kif ikunu mgħammra l-klieb biex ikunu evitati l-inċidenti li seħħu fl-aħħar ġranet. Il-liġi tal-micro-chipping għandha tkun infurzata, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li sosniet li dan l-inċident tal-aħħar ġranet għandu jiftaħ għajnejn l-awtoritajiet.
//= $special ?>