Raġel li kien alloġġat f’lukanda li allegatament stupra turista li kienet toqgħod fil-kamra ta’ maġenbu inżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti wara xhieda tal-allegata vittma u l-ħbieb tagħha. Mark Wade Hopkins, ċittadin Amerikan ta’ 50 sena, ġie arrestat u akkużat li stupra lill-mara, li ma setgħetx toffri reżistenza.
L-inċident seħħ matul il-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd ġewwa lukanda f’San Pawl il-Baħar fejn kienu qed joqogħdu kemm l-akkużat kif ukoll il-vittma. Il-mara kienet fuq btala Malta mal-ħbieb. Waħda mill-ħbieb tagħha qalet li qabel l-inċident, kienu raw lill-akkużat fil-pixxina tal-lukanda u ma raw xejn “stramb” fl-imġieba tiegħu.
Is-Sibt filgħaxija, il-grupp kienu barra jagħmlu party f’każin ta’ San Pawl il-Baħar u l-akkużat kien hemm ukoll. L-allegata vittma xehdet li l-ewwel xorbu l-inbid, iżda wara kellha xi ftit grokkijiet Bacardi u ftit xorb ieħor. “Ilkoll skirna,” qalet waħda mill-ħbieb tagħha lill-Qorti meta xehdet fil-preżenza tal-akkużat.
L-allegata vittma xehdet permezz ta’ video-conference, u qalet kif dakinhar filgħaxija kienu rritornaw il-lukanda wara l-party. Waqt li sħabha niżlu jixtru s-sigaretti, l-akkużat daħal fil-kamra tagħha fejn imbottaha fuq is-sodda. Neħħilha ħwejjiġha u messha b’mod intimu, minkejja li hi qaltlu biex jieqaf , ma waqafx.
Waqaf biss meta sema’ taħbita mal-bieb. Il-ħbieb tagħha xehdu wkoll li meta ħarġu għas-sigaretti, sabu l-ħwienet magħluqa. Għalhekk aċċettaw sigarett offrut minn uffiċjal tas-sigurtà li kien xogħol dak il-lejl, u għamlu xi ħin jitkellmu miegħu waqt li kienu qegħdin ipejpu.
Meta marru lura fil-kamra tagħhom, ma sabux il-ħabiba tagħhom hemmhekk u għalhekk ħabbtu fuq “il-bieb ta’ l-akkużat ‘Mark”. “Imma ma wieġeb ħadd u jidhet li ma kien hemm ħadd,” qalet waħda min-nisa. Ftit minuti wara, il-ħabiba tagħhom daħlet fil-kamra.
“Ma kinitx qed taġixxi b’mod stramb. Deheret tajba,” fakkar kompliet tgħid ix-xhud. Imma malli waħda minn sħabha għamlet tip ta’ ċajta, f’daqqa waħda inbidlet. Fi ftit sekondi waqgħet mal-art, u deheret”maħsuda” u qalet lil sħabha li kienet ġiet stuprata.
Qabel niżlet is-sigarett, waħda minn sħabha qalet li kienet rat lill-akkużat barra l-kamra tal-lukanda tagħha, jitkellem mal-allegata vittma. “Dehru ok ħafna,” hi. qalet. Mistoqsija mill-avukat tal-għajnuna legali tal-akkużat, ix-xhud ikkonferma li kollox kien “perfettament kwiet” u ma nstema’ l-ebda ħoss mill-kamra ta’ ħdejha meta ħabtu l-bieb.
Il-ħajt diviżorju bejn iż-żewġ kmamar kien pjuttost irqiq, qalet ix-xhud. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-akkużat għall-ħelsien mill-arrest fid-dawl tan-natura serja tar-reat, il-fatt li l-akkużat ma kellu l-ebda rabtiet f’Malta u anke minħabba li l-proċeduri kienu għadhom fi stadju prematur.
L-avukat tal-għajnuna legali li qed jassisti lill-akkużat saħaq li r-raġel kien għadu preżunt innoċenti u ta’ min joqgħod fuqu. Peress li x-xhieda prinċipali tal-Prosekuzzjoni kienu xehdu qabel ma telqu minn Malta, ma kien hemm l-ebda xhieda ċivili oħra li għandhom jitħarrku.
Madankollu, il-Prosekuzzjoni qalet li kien hemm ċivili oħra li għad iridu jixhdu. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Elaine Mercieca, ċaħdet it-talba fid-dawl tan-natura tal-akkużi u l-fatt li l-akkużat ma kellux rabtiet f’Malta. L-avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Darlene Grima u Danika M Vella mexxew il-Prosekuzzjoni flimkien mal-Ispetturi Joseph Busuttil u Warren Galea.
//= $special ?>