Lokali

Jitolbu biex issir investigazzjoni mill-Pulizija dwar xhieda falza

llum waranofsinhar il-President tal-Kumitat dwar il-kontijiet pubblici Darren Carabott flimkien maż-żewġ Deputati Nazzjonalisti membri tal-PAC, David Agius u Graham Bncini, ippreżentaw ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa.

Dan sabiex bħala Kummissarju tal-Pulizija jieħu l-passi kollha meħtieġa fid-dawl ta’ dak li ħareġ ilbieraħ fil-laqgħa tal-PAC. Waqt ix-xhieda tiegħu l-eks chief of staff ta’ Kastilja Keith Schembri taħt ġurament għamel allegazzjoni li kemm l-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, kif ukoll l-eks assistent kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta gidbu taħt ġurament waq ix-xhieda tagħhom quddiem il-bord tal-inkjesta fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fl-ittra tagħhom, Darren Carabott, David Agius u Graham Bencini kitbu li joħroġ ċar li mill-verżjonijiet li taw it-tliet persuni msemmija iktar il fuq, hemm persuna jew saħansitra persuni li taw xhieda falza taħt ġurament.