Fl-ambjent suġġestiv tat-Teatru Manoel fil-Belt, illum ittellgħu l-poloz tal-fażi finali tal-Kampjonat tal-UEFA għat-timijiet ta’ taħt id-19-il sena li se jintlagħab hawn Malta.
F’din il-fażi finali se jintlagħabu 15-il partita bejn it-3 u 16 ta’ Lulju fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fis-Centenary Stadium, fit-Tony Bezzina Stadium u fil-Gozo Stadium.
Fit-13 ta’ Lulju jintlagħabu s-semi finali u l-finali tintlagħab fis-16 ta’ Lulju.
Wara l-indirizz tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo il-poloz ittellgħu minn Michael Mifsud li f’143 partita skorja 42 gowl u minn Joseph Mbong li fl-2014 kien lagħab fit-tim Malti fil-fażi finali tal-Kampjonat ta’ taħt is-17-il ena li kien sar f’Malta.
Fi Grupp A, Malta bħala l-pajjiż organizattiv, Portugall, Polonja u Italja
Fi Grupp B insibu lill-Iżlanda li bħal Malta se jkunu fl-ewwel dehra f’fażi finali u li eliminaw lil Ingilterra, Greċja, Norveġja u Spanja