Colin Schembri
Luxol………………………..71
Starlites Mazars……….49
(20-12)(14-9)(23-14)(14-14)
Fit-tieni finali mill-kampjonat tas-subien taħt is-sittax –il sena, Luxol ħadu wkoll it-tieni rebħa fuq Starlites Mazars 71-49 biex rebħu l-kampjonat. Luxol kienu mmexxija b’qawwa mill-koppja Cinar Cog u Mark Iloube li beniethom mhux biss għamlu 47 punt iżda kellhom ukoll total ta’ 61 rebound, 32 għal Cog u 29 għal Ilouke. Starlites ppruvaw jirkupraw fl-aħħar taqsima però kienu distakkati ferm. Luxol bdew b’sitt punti mingħajr risposta għalkemm fallew ukoll diversi freethrows fl-ewwel taqsima. Wara risposta minn Starlites permezz ta’ JJ Dimech, Luxol kellhom il-punti minn Cog u Ilouke. Trippla ta’ Matthew Micallef waqqfet temporanjament lil Luxol, iżda huma komplew bi break qasir ta’ 8-2 għal skor ta’ 20-12. Il-ftuħ tat-tieni sessjoni kien bilanċjat bi Starlites ikollhom trippla minn Michael Xuereb flimkien ma’ Neil Spiteri. Luxol komplew bi break ieħor ta’ 8-2 biex daħlu jistrieħu 34-21 minn fuq.
Wara l-intervall, Luxol bdew b’sitt punti oħra minn Ilouke u Cog u wara basket minn Kai Fabri għal Starlites, huma komplew b’run oħra ta’ 11-0. Kien biss lejn tmiem it-taqsima li Starlites naqqsu xi ftit id-distakk wara li kellhom żewġ three pointers minn Matthew Micallef u Jamie Dumford għal skor ta’ 35-57. Fl-aħħar sessjoni l-players ta’ Starlites għamlu sforz ieħor b’run ta’ 10-0 minn Kyle Deguara, JJ Dimech u Micallef però kienu għadhom 14 -il punt ‘l bogħod 45-59. Luxol wieġbu b’seba’ punti oħra mingħajr risposta biex setgħu jikkonkludu l-partita fuq quddiem u ħarġu rebbieħa 71-49. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-tazza ta’ Champions lil captain ta’ Luxol Eric Fenech Pace.
Luxol: Spartaco Montanari, Aleksander Matijevic, Jake Gambin, Cinar Cog 26, Stefan Marra 4, Mark Iloube 21, Greg Mizzi 14, Thomas Cummins, Julian Gouder 1, Dominic Lubiniy 4, John Attard, Eric Fenech Pace 1.
Starlites Mazars: Michael Xuereb 3, Sebastien Pace 6, Andrew Barbara, Neil Spiteri 2, Kai Fabri 8, Kyle Deguara 4, Luke Borg, Jake Caruana, Matthew Micallef 12, Jamie Dumford 3, Steve Ransley, JJ Dimech 11.
Referees: Daniel Farrugia, Nicky Azzopardi.
//= $special ?>