Fid-Dar Ċentrali tal-PN komplew il-laqgħat bi tħejjija għall-elezzjonijiet li se jsiru is-sena d-dieħla, kemm l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali u anke tal-MEPs.
F’din l-laqgħa li għaliha attendew numru kbir ta’ membri tal-Kumistati Sezzjonali tal-PN saret diskussjoni dwar is-sistema loġistika u l-politika li se jħaddan il-Partit Nazzjonalista għal dawn l-elezzjonijiet. Dan apparti li bħalissa għaddeja ħidma sabiex jintgħażlu l-aħjar kandidati li se jikkontestaw l-elezzjonijiet biex jirrappreżentaw lir-residenti fil-lokalitajiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Preżenti għal din il-lagħa kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccino, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Darren Carabott, il-President tad-Djalogu Soċjali Chris Said, il-President tal-Kullegg Kunsillieri Charles Bonello, kif ukoll is-Segretarju Eżekuttiv Oranizzattiv Stefan Caruana.
//= $special ?>