Internazzjonali

NEW YORK: Persuna tmut u 5 oħra bi ġrieħi wara kollass ta’ car park

Persuna jmut u 5 oħra bi ġrieħi wara kollass ta’ car park fi New York.

L-inċident seħħ f’Manhattan, hekk kif it-tieni sular tal-carpark krolla. Sa issa r-raġuni ewlenija ta’ kif seħħ dan l-inċident għadha mhux magħrufa.

L-inċident seħħ fl-4pm ħin lokali ftit passi ‘l bogħod minn New York Stock Exchange.

Nies fuq il-post qalu li l-inċident kien qisu terremot, b’bosta jisimgħu l-għajjat tan-nies u numru ta’ karozzi jaqgħu ‘l isfel.