Suldat ta’ 40 sena minn Birkirkara ma nstabx ħati mill-Maġistrat Nadine Lia li fid-9 ta’ Diċembru tal-2021 bejn l-10am u l-5pm ġewwa l-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta offenda, inġurja u li saħansitra hedded “staff sergeant” li hu persuna ta’ kariga pubblika.
Anthony Kitcher ma nstabx ħati li wettaq dan ir-reat bil-ħsieb li jbeżżgħu jew jinfluwixxu fuq seta’ waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Kollox jindika skont il-Prosekuzzjoni li l-argument seħħ fuq xi ‘time of in lieu.’ Jidher li “staff sergeant” Ivan Borg, li fl-akkuża kien il-vittma, irrapporta illu ċertu John Tonna, wkoll “staff sergeant”, ċempel lil Kitcher u waqt telefonata, l-imputat qallu – “nirra jeħodhom pilloli s-sigħat leave li qatali!”
Il-Qorti f’seduta tad-Distrett ta’ Raħala Ġdid qalet fis-sentenza tagħha li dan ma jiġix li hu theddid u li kien Tonna li ċempel lil Kitcher u li mhux dan ta’ l-aħħar hedded lil ‘staff sergeant” Ivan Borg. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Paul Camilleri filwaqt li għal Kitcher deher l-Avukat David Gatt.
//= $special ?>