Albert Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fil-parlament li xejn ma jiġġustifika l-vjolenza domestika.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hawn ukoll irġiel li huma vittmi tal-vjolenza domestika għalkemm l-akbar ammont huma nisa. Għalhekk l-atti ta’ vjolenza domestika għandha tkun ikkundannata. Jeħtieġ li l-vittmi jingħataw l-appoġġ meħtieġ lill-vittmi quddiem sitwazzjoni fejn il-każi qed jiżdiedu.
Hu kompla li jridu jittieħdu passi kontra l-aggressuri u dwar it-tfal u persuni orħa li jkunu għaddejjin minn din l-esperjenza. Is-soċjetà tiġi konxja biss tal-vjolenza domestika meta jkun hemm każi kif ġara fil-qtil ta’ Bernice Cilia (Cassar). Hemm ħafna persuni oħra li qed ikunu vittmi tal-vjolenza domestika.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-2008 kien hemm 450 każ rappurtat fl-2002 kien hemm 1,800 każ rappurtat; din hi qabża kbira ta’ każi rappurtati apparti l-każi l-oħra fejn ma jsirux rapporti.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ li jkunu mifhmuha l-karatteristiċi tal-vjolenza domestika u spjega li hemm diversi elementi ta’ vjolenza domestika fosthom il-vjolenza psikoloġika, il-vjolenza sesswali, il-vjolenza ekonomika u ż-żwieġ bil-forza. Hemm issa vjolenza domestika li fiha nanniet u ġenituri qed jissawtu minn uliedhom u min-neputajiet tagħhom minħabba d-droga.
Albert Buttigieg kompla li fejn hemm l-abbuż hemm vittma li qed tbati u għalhekk il-parlament irid iwassal messaġġ li dan mhux aċċettabbli. Jeħtieġ ikun hemm profil tal-aggressur u l-vittma fejn f’ħafna okkażjonijiet l-aggressur ikun ukoll vittma fil-passat.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan iwassal għal problemi psikoloġiċi li jkunu jeħtieġ terapiji. L-aggerssuri jistgħu jsiru aggressuri minħabba diżappunti fil-ħajja tagħhom. Hemm min sar aggressur vjolenti minħabba d-droga, l-alkoħol u l-logħob tal-azzard.
Il-profil tal-vittmi juri li l-vitmti għandhom idea baxxa fuqhom innfushom u huma persuni bla flus u bla impjieg, jkunu jbatu fis-silenzju u m’għandhomx fejn jaħdmu jew jgħixu. Għalhekk dawn jispiċċaw f’ċirku ta’ vjolenza.
Albert Buttugieg qal li hemm nisa li jiġġustifikaw l-aġir vjolenti tas-sieħeb tagħhom b’konsegwenza li dan il-ħsieb iġib iktar diffikultajiet ikbar. Hu sostna li fil-każ ta’ Bernice Cilia (Cassar), kien konkluż li l-Istat naqas lil din il-mara, kif seħħ fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-eduakzjzoni hi s-soluzzjoni għal ħafna problemi soċjali u apella biex tingħata l-għajnuna lil tfal li jkunu sofrew il-vjolenza domestika fi ċkunithom. Hu qal li n-nisa jridu jingħataw iktar saħħa biex jinksbu l-indipendenza finanzjarja u sostna li għandu jkun hemm iktar inizjattivi biex in-nisa jiksbu karriera.
Albert Buttigieg kompla li problema oħra li n-nisa vittmi ta’ vjolenza domestika hi li n-nisa abbużati ma jkollhomx fjn imorru jgħixu. L-Awtorità tad-Djar għandha tkompli toħroġ iktar skemi biex dawn in-nisa jkunu mgħejjuna fil-kuntest ta’ akkomodazzjoni u rati speċjali għall-kirjiet. Hu semma’ l-għajnuna li jingħataw mill-postijiet ta’ appoġġ u appella biex ikun update fl-għodda ta’ assejjar flimkien ma’ post wieħed li jiġbor is-servizzi kollha.
Jeġtieġ ikun hemm informazzjoni komuni biex il-profili jkunu stabbiliti u ma jkunx hemm burokrazija.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jkun hemm reġistru pubbliku bl-ismijiet tal-aggressuri li jkollhom sentenzi tal-qorti għaliex min ma jistħix li jsawwat lis-sieħeb jew lis-sieħba tiegħu m’għandux għalxiex jistħi li jkun fuq dan ir-reġistru. Il-protezzjoni għandha tingħata lill-vittma u mhux lill-aggressur, sostna Albert Buttigieg, li qal li min ikun fuq dan ir-reġistru għandu jmur għat-terapija meħtieġa.
//= $special ?>