Lokali Qorti

Appell mid-deċiżjoni tal-Qorti li eżonorat xufier ta’ trakk li kkawża l-mewt ta’ tfajla li kienet fuq mutur

Sar appell mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn deċiżjoni tal-Qorti li eżonerat sewwieq ta’ trakk tas-siment mill-Mellieħa minn kull responsabbiltà kriminali għall-mewt ta’ tfajla li kienet qed issuq mutur fin-Naxxar seba’ snin ilu. L-AĠ qed targumenta li l-Maġistrat Nadine Lia interpreta b’mod żbaljat il-provi prodotti waqt il-kumpilazzjoni tal-provi.

L-Appell jgħid li Carmel Cauchi li llum għandu 59 sena u li kien mixli bi qtil involontarju ta’ Johanna Boni ma setax jiġi eżonerat għal kollox għall-inċident fatali li nvolviet is-sewwieqa ta’ mutur ta’ 27 sena, li tilfet ħajjitha fil-5 ta’ Jannar 2016. Boni kienet fuq stop sign fuq il-Kawasaki ER6N tagħha meta ttajret fil-ħin li kenet fi triqitha lejn ix-xogħol.

Il-Maġistrat Lia kienet qalet li jirriżulta li l-azzjonijiet tal-vittma, Johanna Boni (ritratt), wasslu għan-nuqqas minn naħa tagħha ta’ ‘proper lookout’ hija u ħierġa minn fuq l-istop sign meta kien hemm trakk mgħbbi konkos jagħmel l-istess qabilha.

F’sentenza ta’ 64 paġna mogħtija x-xahar li għadda Cacuhi ma nstabx ħati wkoll li wkoll li saq bla kont u b’manjiera traskurata. Xhud li kien qed isuq ħdejn it-Teknopark, sejjer fid-direzzjoni tan-Naxxar kien irrakkonta li ra t-trakk miexi bil-mod fid-direzzjoni opposta.

Cauchi likien qed isuq trakk tat-tip “left hand drive” fuq ix-xellug minn Vjal il-Labour, in-Naxxar. Il-kumpilazzjoni tal-provi bdiet tinstema’ mill-Maġistrat Aaron Bugeja u mbagħad għaddiet għand il-Maġistrat Nadine Lia meta Bugeja sar Imħallef.

Il-Qorti ddeċidiet li manuvra ikkalkulata ħażin mis-sewwieqa tal-mutur meta pprovat taqbeż il-vettura tqila kkontribwiet għall-impatt fatali. Il-vittma li kienet oriġinarjament minn Scoglitti, fi Sqallija, bint omm Maltija kienet ienet ilha f’Malta għal madwar sena. Għall-akkużat qed jidhru l-Avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Alessia Zammit Mckeon. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Roiderick Spiteri.